Kompetizzjoni Kreattiva fl-Iskejjel 'Għandna Ħolma: Futur Mingħajr Vjolenza'

Kampanja

Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tas-Sess u l-Vjolenza Domestika stiednet studenti tal-primarja, tan-nofs, u tas-sekondarja biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni kreattiva, ‘Għandna Ħolma: Futur Mingħajr Vjolenza’.

L-għan ewlieni kien li l-istudenti jiġu mħeġġa jirriflettu u jesploraw il-ħsibijiet u l-fehim tagħhom dwar relazzjonijiet tajbin għas-saħħa u sikuri fil-familja, mal-ħbieb, online jew f’relazzjonijiet intimi permezz ta’ diversi mezzi kreattivi inklużi l-arti viżiva, kitbiet (kompożizzjonijiet jew poeżiji) u proġetti jew proposti relatati mal-midja, id-disinn u t-teknoloġija.

Din il-kompetizzjoni hija parti mill-kampanja nazzjonali ‘Għandna Ħolma: Futur Mingħajr Vjolenza’ għas-16-il Jum ta’ Attiviżmu kontra l-Vjolenza Sessista 2025, organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi u l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Sessista u l-Vjolenza Domestika.

Hawn taħt jinsabu l-aqwa 3 parteċipanti minn kull kategorija: